Description
Fiex tikkonsisti eżatt din il-logħba?
17-il kategorija, kollha jagħtu punti differenti, ovvjament jekk tagħmel dak li l-karta titlob minnek. Iktar kemm taċċetta li tagħmel affarijiet, iktar għandek ċans li tirbaħ il-logħba. Il-punti qegħdin imqassmin skond kemm il-kategorija tkun diffiċli. L-inqas punti li tista’ tagħtik karta hu ta’ 2punti u l-iktar hu ta’ 20 punt. Sakemm ma ssibx xi karta tal-Bonus, l-iffortunat jew tal-Iżvinturat!
Kemm għandha karti din il-logħba?
160 Karta
Din tibqa’ tilgħabha sa x’ħin trid jew sakemm xi ħadd jirbaħ?
Kull karta għandha punti abbinati magħha. Qabel tibdew il-logħba tridu tiddeċiedu ammont ta’ punti u min jilħaq dak l-ammont l-ewwel jirbaħ il-logħba.
Kemm jistgħu jilgħabuha nies?
Idealment tintlagħab minn 3 minn nies jew iktar.
Minn kemm età jistgħu jilgħabu l-logħba?
Minn 17–il sena ‘l fuq.
X’Inhuma l-kategoriji?
- Kastigi (10 livelli differenti)
- Mistoqsijiet
- Kastigi u Mistoqsijiet 18+
- Karta Bonus
- L-Iżvinturat
- Il-Passaġġ
- Agħżel
- Qwiel u idjomi